Raġel ta’ 63 sena mix-Xagħra qed isofri minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra neqsin għoxrin fi Triq it-Tessuti, meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u vettura misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti s-Sannat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.