Raġel ta’ 38 sena miż-Żebbuġ Għawdex sofra ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma’ arblu.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għal xi sagħtejn fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.