Raġel ta’ 56 sena residenti ż-Żejtun qed isofri minn ġrieħi serji wara inċident bil-high-up.
Minn stħarrig preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa, u li fil-ħin ta’ l-inċident kien qed jopera high-up għal xi raġuni sofra xi ġrieħi f’wiċċu.
Il-vittma ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid minn xi persuni, iżda wara huwa ġie meħud l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr G Mercieca LLD. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.