Raġel ta’ 68 sena residenti l-Imġarr qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident għall-ħabta tal-11.00am fi Triq il-Banjijiet Rumani, l-Imġarr.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li filwaqt li raġel ta’ 68 sena residenti l-Imġarr kien qiegħed fuq vann pick-up għal xi raġuni żelaq u waqa’ mal-art. Fil-ħin tal-inċident il-vann kien wieqaf.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.