Raġel ta’ wieħed u ħamsin sena minn Ħal Qormi waqa’ minn madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jaħdem.
Huwa waqa’ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fil-Ħamrun, fejn il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku għall-assistenza, fejn ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.