Raġel ta’ 41 sena, residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar nofs sular. L-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Alfred Gatt, Santa Venera. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li kien sofra ġrieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C.Farrugia Frendo LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.