Raġel ta’ 43 sena residenti l-Mellieħa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ fi Triq Lapsi fis-Siġġiewi tas-sagħtejn neqsin ħamsa.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.