Raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Għaxaq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fi Triq il-Kungress Ewkarisitika, il-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30. Ir-raġel kien qed jagħmel xogħol ta’ tibjid ma’ faċċata ta’ residenza privata meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq sellum.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet il-vittma l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.