Raġel ta’ 72 sena qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqat fi Triq il-Kappuċċini f’Ħaż-Żabbar.
Irriżulta li f’nofsinhar tat-Tnejn, il-vittma minn Ħaż-Żabbar kien qed isuq rota, u għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Hyundia Getz misjuqa minn mara ta’ sebgħa u ħamsin sena li toqgħod ix-Xgħajra.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.