Żejtuni ta’ 36 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22:30 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Selmun, il-Mellieħa.
Is-sewwieq ittieħed minnufih l-isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.