Raġel ta’ 46 sena mill-Fgura weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’karozza fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq Tul il-Kosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tal-mutur waqa’ u ħabat ma’ vettura BMW li kienet qed tinstaq fil-karreġġjata opposta minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.