Raġel ta’ 34 sena, residenti x-Xgħajra qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħpdu tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Maruti 800 u baqa’ dieħel fl-arblu tat-traffic lights.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel involut fl-inċident fl-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.