Sirjan ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ milqut minn vettura fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar, iktar kmieni llum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:30, meta s-Sirjan intlaqat minn karozza tat-tip Peugeot Partner, misjuqa minn raġel ta’ 62 sena miż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn hemm ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.