Raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Yamaha u nqaleb.
L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 12:00 p.m fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.