Raġel ta’ 31 sena residenti x-Xgħajra qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien qed iħott xi xogħol fuq trailer.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:45 illum fiż-żona industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet minnufih lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard kien ikkonfermat li dan qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-invevstigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.