Raġel ta’ 39 sena residenti l-Iklin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu Toyota Dyna u baqa’ dieħel f’siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15am fi Triq tal-Barrani, Santa Luċija.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.