Pakistan ta’ 31 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ fis-7:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq l-Ewwel Titjira 1915.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta, li l-vittma li kien qed isuq mutur Kymco Agility ħabat ma’ karozza Suzuki Vitara misjuqa minn mara ta’ 47 sena minn Birkirkara.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.