Raġel ta’ 46 sena residenti l-Mosta, għal xi t-tmienja u kwart ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Birbal, Ħal Balzan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Citroen, misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti n-Nadur, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.