Senglean ta’ 53 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ waqt li l-vittma kien għaddej b’xi xogħol fuq magna fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:20 dalgħodu, u tim mediku mill-isptar Mater Dei, kif ukoll xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Iktar tard kien ikkonfermat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għahom għaddejjin.