Raġel ta’ 37 sena mill-Imsida sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Fl-10:15pm tal-bieraħ, fi Triq Salvu Dimech, seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Mosta u mutur tat-tip Piaggio misjuq mill-Misidjan.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.