Raġel ta’ 25 sena, ta’ nazzjonalita Ingliża, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident waqt li kien qed isuq quadbike fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tilef il-kontroll tal-quadbike bil-konsegwenza tkun li x-xuffier flimkien mal-passiġiera li kellu miegħu, tfajla ta’ 24 sena kellhom bżonn jingħataw kura medika.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.30 u b’xorti tajba l-passiġġiera ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.