Raġel ta’ 46 sena residenti l-Pietà qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Blas, limiti tas-Siġġiewi.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel, weġġa’ waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn lupa (chainsaw).
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġriehi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.