Raġel ta’ 37 sena residenti x-Xewkija, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara ħabta bejn mutur tal-għamla Honda, misjuq mill-vittma, u vettura tat-tip Maruti Gypsy, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdxija, fejn il-vittma ttieħed fil-Isptar Ġeneral t’Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.