Raġel ta’ 46 sena mir-Rabat, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara ħabta bejn Nissan Almera misjuqa mir-raġel, u Renault Megane misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Kapuċċini, r-Rabat Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tfajla ta’ 14-il sena residenti Għajnsielem kienet passiġġiera fir-Renault.
Ir-raġel ta’ 56 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.