Raġel ta’ 43 sena mill-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’argument ma’ raġel ieħor f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-21:00 il-Ħadd filgħaxija fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema, meta waqt argument bejn il-vittma u raġel ieħor ta’ 41 sena mill-Ħamrun intużat arma, x’aktarx skalpell.
Il-vittma ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief u qed jinżamm milll-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.