Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ żewġt irġiel oħra fi Triq is-Serkin, il-Marsa.
Dan seħħ għall-ħabta tat-03:00 dalgħodu, meta qam argument bejn il-vittma, raġel ieħor ta’ 33 sena mill-Ħamrun, u raġel ta’ 41 minn Ħal Qormi.
Jidher li żewġ vetturi pparkjati fit-triq li sar l-argument, ġarbu xi ħsarat wara li vettura oħra nstaqet għal fuqhom.
Ir-raġel ta’ 41 sena minn Ħal Qormi wkoll qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 33 sena jidher li ma sofra ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.