Raġel ta’ 31 sena li joqgħod is-Siġġiewi weġġa’ gravi waqt li kien f’għalqa, fil-limiti tal-Buskett.
L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li r-raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem b’xi makkinarju.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.