Raġel sofra ġrieħi gravi wara li l-vettura li kien qed isuq tat-tip BMW 316, għal xi raġuni kellha impatt ma’ arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, ftit qabel l-għaxra, fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-vettura – raġel ta’ 22 sena, residenti ż-Żurrieq, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.