Rumen ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09.20a.m fi Triq iċ-Ċentinarju tal-Paroċċa, il-Birgu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Farrugia LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.