Raġel mis-Sudan li għandu 45 sena residenti l-Furjana qed isofri minn ġrieħi gravi wara li safa’ milqut minn vettura tat-tip Peugeot 205 li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 62 sena, residenti San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 17.00 fi Pjazza Emanuel S. Tonna, il-Floriana.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.