Raġel ta’ 67 sena, residenti tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument ma’ raġel ieħor ta’ 38 sena.
L-inċident seħħ fis-18.20 f’residenza fi Triq Sant’ Enriku, tas-Sliema.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, fejn iż-żewġt irġiel ittieħdu l- Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Ir-raġel ta’ 38 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.