Raġel ta’ disgħa u għoxrin sena miċ-Ċad sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument.|
Il-każ seħħ il-Ħamis f’11.50 ta’ filgħaxija fi Triq Xatt il-Mollijiet fil-Marsa. Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-pulizija rriżulta li kien hemm numru ta’ nies involuti f’dan l-argument.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.