Raġel ta’ 62 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument bejn erba’ irġiel f’Marsaxlokk. Kien għall-ħabta tal-09.45 li daħal rapport lil Pulizija li kien hemm argument fi Triq Giuliano Maniscalco, Marsaxlokk.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ Birżebbuġa għadhom għaddejjin.