Raġel ġie attakkat fi Triq Ġuże Gatt fil-Marsa, allegatment wara argument fuq flus.
ONE News kien fuq il-post fejn instab raġel mixħut mal-art b’xi ġrieħi f’rasu.
Persuni li kienu fuq il-post stqarru ma’ dan l-istazzjon kif meta kien mixħut mal-art, ir-raġel qal li jaf min attakkah, u safa attakkat minħabba li r-raġel għandu jagħti xi flus.
Dan l-istazzjon huwa nfurmat ukoll li meta kien mixħut mal-art, ir-raġel allegament ċempel lil qariba tiegħu, fejn qalilha li persuna li jaf tah daqqa ta’ kanna f’rasu.
Fuq il-post waslu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.