Xhur ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra Droga, bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit, ilbieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 45 sena residenti Santa Venera.
Huwa instab fil-pussess ta’ aktar minn 600 gramma sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, li kienet mqassma ġo diversi boroż tal-plastik lesti biex tiġi traffikata, flimkien ma’ flus kontanti.
Ir-raġel qed jiġi ukoll investigat ukoll rigward possibilta’ ta’ involvement f’qabda ta’ aktar minn 18-il kilo ħaxixa tal-kannabis, li saret mill-istess skwadra, madwar sentejn ilu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada, akkuzat b’assoċjazzjoni fl-importazzjoni, traffikar u pussess aggravat tal-pjanta kannabis.