Raġel ta’ 31 sena ġie arrestat wara li allegatament instab fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ droga u flus.
Kien proprju matul il-lejl li l-Pulizija waslitilhom informazzjoni dwar appartament fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra. Wara li l-Pulizija tad-Distrett marru fl-appartament nnutaw li kien hemm xi ħaġa suspettuża, fejn hemm issejħet l-assistenza tar-Rapid Intervention Unit fejn tfittxija wasslet għal sejba ta’ 20 borża ta’ droga kannabis u €5,000.
Minn hemm ir-raġel, li hu ta’ nazzjonalità Rumena, ġie arrestat.
L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Marsanne Farrugia.