Raġel ġie arrestat wara li ta n-nar karozza u ta daqqa ta’ sikkina lil tliet persuni, b’wieħed minnhom ħallih mejjet fiċ-ċentru ta’ Melbourne fl-Awstralja.
Iż-żewġ persuni salvati ttieħdu l-isptar għall-kura meħtieġa, b’wieħed minnhom jinsab f’qagħda kritika.
Għalissa l-pulizija qalet li għadu wisq kmieni biex tgħid jekk il-każ kienx wieħed marbut mat-terroriżmu.
Il-każ seħħ hekk kif raġel jinsab għaddej ġuri b’rabta ma’ attakk li seħħ is-sena li għaddiet fl-istess triq u li ħalla sitt persuni mejta.