Raġel qed jinżamm arrestat mill-pulizija wara li ta’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta lil żewġt irġiel f’San Ġiljan fil-lejl li għadda.
Il-każ seħħ fi Triq Dragonara f’San Ġiljan meta l-allegat aggressur ta’ daqqa lil raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Ivorju, u raġel ieħor ta’ 32 sena mill-Libja.
Dawn qed isofru minn ġrieħi ħfief.
L-aggressur ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana wara li ilmenta minn uġiegħ f’ġismu, u rriżulta li qed isofri minn ġrieħi ħfief ukoll.
Huwa qed jinżamm arrestat mill-Pulizija.