Raġel ta’ 27 sena li jgħix il-Ħamrun, ġie arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li nqabad b’ammont ta’ droga, lesta għat-traffikar.
Il-raġel twaqqaf mill-Pulizija waqt li kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu f’Ħal Qormi.
Waqt tfittxija, fil-vettura nstabet sustanza suspettata droga kokaina lesta biex tiġi ttraffikata u kważi €5000 fi flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.