Raġel ta’ 44 sena li jgħix Ħal Tarxien ġie arrestat b’rabta ma’ allegat kultivazzjoni ta’ pjanti tal-kannabis f’daru.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħaxija, persuna għamlet rapport fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar, li sabet xi oġġetti neqsin mid-dar tagħha u indikat min allegatament seta’ kien involut.
Minnufih, il-Pulizija tkellmu ma’ din il-persuna u flimkien miegħu, marru fid-dar tiegħu f’Ħal Tarxien, fejn hemmhekk saret tfittxija.
Fir-residenza tiegħu, il-Pulizija innotaw ammont konsiderevoli ta’ pjanti tal-kannabis li kienu qegħdin jiġu kkultivati, waqt li ġew elevati iżjed minn €15,000 fi flus kontanti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.