Raġel ta’ 42 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li allegatament spara u qatel tajra protetta.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li hi rċeviet rapport dwar dan u l-każ seħħ f’għalqa f’Marsaxlokk.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn żammew lir-raġel, li kien fil-pussess ta’ Russett Griż mejjet.
L-investigazzjonijiet issoktaw fir-residenza tar-raġel f’Ħaż-Żabbar, fejn minn hemm, ġew ikkonfiskati oġġetti tal-kaċċa, fosthom tajr ieħor protett, senter, munizzjon u bird callers.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.