Raġel ta’ 35 sena ġie arrestat ftit sigħat wara li allegatament seraq kaxxa tad-donazzjonijiet minn ħanut fil-Belt Valletta.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li lbieraħ waranofsinhar ġiet infurmata dwar serqa li kienet saret aktar kmieni filgħodu.
Il-Pulizija bdiet minnufih bl-investigazzjonijiet tagħha, fejn bdew bit-tfittixijiet għall-allegat ħalliel li ġie arrestat għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.