Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li raġel ġie arrestat wara li, f’Tas-Sliema, aggredixxa raġel ieħor ta’ 62 sena.
Kien il-vittma stess li, fil-profil tiegħu ta’ Facebook irrakkonta kif il-Ħamis filgħodu kien qed jiġġoggja fil-promenade f’Tas-Sliema, meta raġel qam minn fuq bank u tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu.
Il-vittma kiteb li żewġ irġiel Maltin marru jiġru wara l-aggressur, li huwa barrani, filwaqt li raġel ieħor li kien miegħu ħarab minn fuq il-post.
Il-vittma kiteb li, meta ġew il-Pulizija, sabu li l-aggressur kellu fuqu sikkina kbira.
Huwa rringrazzja lil dawk li taw l-għajnuna, u wkoll lill-Pulizija talli waslu fil-post f’temp ta’ ftit minuti.