Raġel ta’ 32 sena ġie arrestat wara argument bejn ġirien f’Marsaxlokk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ dalgħodu, fi Triq Lepanto.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li hi marret minnufih fuq il-post fejn sabu mara ta’ 30 sena b’xi ġrieħi f’wiċċha, allegatament ikkawżat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat mill-Pulizija, sakemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.