Raġel ġie arrestat wara sparatura l-bieraħ filgħaxija li matula raġel ta’ sitta u ħamsin sena minn Ħaż Żabbar safa ferrut.
L-isparatura seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Pjazza San Franġisk f’ Ħal Qormi meta għal xi raġuni nqala argument bejn iż-żewġt irġiel.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija minn Consuelo Scerri Herrera filwaqt lill-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Kylie Borg.