Tard ilbieraħ wara nofsinhar, aggressur ixejjer sikkina serjament weġġa’ ħames persuni f’attakk fi triq prinċipali tax-xiri f’Amsterdam qrib l-ikonika Dam Square.
Ir-raġel li wettaq l-attakk safa’ ferut u kien imwaqqaf u miżmum minn persuna għaddejja fit-triq qabel ma’ ġie arrestat mill-pulizija. Għadu mhux magħruf il-mottiv wara dan l-attakk.
Il-pulizija mill-ewwel iċċirkondaw il-lokazzjoni u kienu msejħa diversi ambulanzi.
Is-sena l-oħra, il-belt kapitali tal-Olanda esperjenzat diversi attakki simili li kienu attribwiti għal nies bi problemi mentali.