Raġel ta’ 30 sena mill-Gżira kien arrestat matul il-lejl talli kellu fil-pussess tiegħu ammont konsiderevoli ta’ sustanza, allegatament kokaina.
Assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga waqqfu l-karozza tar-raġel fix-xatt ta’ Pinto, il-Furjana wara li kienu qed isegwuha.
Iż-żagħżugħ ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ u bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.