Raġel mill-Pakistan ta’ 32 sena ġie arrestat b’rabta ma’ allegat attività sesswali ma’ minuri. Ir-raġel ġie arrestat wara investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji u dawk mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li fetħet inkjesta.
Ir-raġel għadu qed jinżamm arrestat hekk kif li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.