Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-4.20am, il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention Unit, arrestat raġel fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema.
Dan ġara fi Triq Dun Mikiel Rua kantuniera ma’ Triq Ġuże` Howard, Tas-Sliema, meta l-pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li allegatament kienet qiegħda tisraq minn vettura.
Jidher li hekk kif il-Pulizija avviċinat lis-suspettat, dan ipprova jaħrab iżda nqabad mal-ewwel.
Wara stħarriġ preliminari li sar, setgħet tiġi nnutata vettura li kellha xi ħġieġ imkisser u wara tfittxija li saret fuq is-suspettat instabu xi oġġetti li allegatament kienu misruqa mill-istess vettura u kif ukoll arma li taqta’ u bil-ponta.
Minn iktar investigazzjonijiet li saru, irriżulta wkoll li kien hemm għadd ta’ vetturi oħra li sfaw fil-mira tal-allegat ħalliel.
Ir-raġel għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.