Il-Pulizija arrestat raġel wara li dalgħodu seraq laptop minn stabbiliment tat-teknoloġija, fil-Belt.
Fuq il-midja soċjali, il-Korp tal-Pulizija qal li l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt ġew infurmati bis-serqa għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar.
Intqal kif waqt rondi mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, l-allegat ħalliel ġie arrestat fil-Mellieħa, hekk kif qabel mad-deskrizzjoni li dehret fil-filmati tas-sigurtà.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.